F’Malta hawn iktar minn 100,000 persuna ta’ nazzjonalita’ barranija li hi residenti f’pajjizna.
Dan johrog minn diversi cifri fosthom ir-Registru Elettorali ippubblikat mill-Kummissjoni Elettorali u l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Skont l-aħħar reġistru elettorali, 433,851 persuna huma eliġibbli li jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali filwaqt li 371,956 huma eliġibbli li jivvutaw fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew.
Ezercizzju li sar mis-sit Lovin Malta juri li din id-diskrepanza ta’ 61,956 hi magħmula minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-UE li għażlu li ma jivvutawx fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew.
Ma’ dawn jiżdiedu 18,537 li għażlu li jeleġġu d-Deputati tal-Parlament Ewropew minn fost il-kandidati Maltin biex in-numru ta’ ċittadini Ewropej li huma residenti f’Malta jitla’ għal 80,331.
Lovin Malta jkompli li minn ċifri ta’ l-aġenzija JobsPlus jirriżulta li hawn 18,587 barranin li huma reġistrat li qed jaħdmu f’Malta. Li jfisser li b’kollox hawn 98,918-il barrani li uffiċjalment jidhru bħala residenti.
Meta wieħed iżid it-tfal ta’ dawn ir-residenti barranin, barranin ohrajn li ma jahdmux jew m’humiex registrati bhala residenti, jew dawk li qed illegalment minghajr ktieb tax-xoghol, hi probabbilta’ kbira li n-numru reali ta’ persuni barranin li bħalissa qed jgħixu Malta, jaqbeż il-100,000.
Li jfisser li meta mqabbel mal-aħħar statistika tal-NSO, li turi li l-popolazzjoni ta’ Malta hi ftit iktar minn 475,000, il-proporzjon ta’ barranin meta mqabbel mal-Maltin hu ta’ iktar minn 20% – jew 1 minn kull 5.
//= $special ?>