Il-Knisja Kattolika llum tfakkar il-jum qaddis tal-Ġimgħa l-Kbira – jum ta’ talb, sawm u riflessjoni fuq il-passjoni u l-mewt ta’ Ġesu’ Kristu.
Dalgħodu, bosta familji jkomplu bis-7 Visti tradizzjonali filwaqt li aktar tard joħorġu l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira minn diversi parroċċi.
Ilbieraħ saru bosta attivitajiet, inkluż fis-Siġġiewi fejn kien hemm il-Mixgħela tradizzjonali.
Il-fotografu tagħna Joseph Galea qabad ukoll mumenti mill-purċissjoni li saret ilbieraħ fil-belt bil-Monument li hu propjeta’ ta’ Hector Bruno. Il-monument kien akkumpanja minn banda li ġiet mill-Italja.
