Lokali

Inċident tat-traffiku jħalli tfajla ta’ 21 sena bi ġrieħi ħfief

Tfajla ta’ 21 sena residenti Ħ’Attard iddaħħlet l-isptar Mater Dei issofri minn ġrieħi ħfief wara li dal-lejl kienet involut f’inċident tat-traffiku fi Triq R Caruana Dingli, San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00am u l-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post.

Minn stħarriġ li sar irriużulta li t-tfajla kienet qed issuq vettura tat-tip Fiat 500 meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u kellha mpatt ma’ vettura oħra li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.