Lokali

Infrastructure Malta ordnata ssewwi l-isfreġju

L-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent, l-ERA…. tat ordni lil Infrastructure Malta biex twaqqaf ix-xogħlijiet ta’ twessigħ ta’ passaġġi  fil-kampanja…kif ukoll kisi tal-istess passaġġi b’konkrit…. li kienu qed isiru… bi sfreġju għall-ambjent u l-flora taz-zoni fejn sar ix-xogħol, u biex terġa tirritorna dawn il-passaġġi fl-istat oriġinai tagħhom.

Ftit tal-ġimgħat ilu ħaddiema ta’ Infrastruture Malta wessgħu passaġġi dojoq fil-kampanja f’zoni diversi fir-Rabat u l-madwar….u mbagħad ksewhom bil-konkrit.

Iz-zoni fejn saru x-xogħlijiet jinkludu passaġġi dojoq użati mill-bdiewa fiz-zona magħrufa bħala Wied l-Isqof…

Kienu bosta l-għaqdiet u NGOs li kkritikaw u kkundannaw din id-deċiżjoni… u kien wara li l-ERA rċeviet għadd ta’ kontestazzjonijiet għal dan ix-xogħol li ħarġet dak li l-Awtorità qed issejjaħ bħala ‘Stop and Compliance Order’.  L-ERA qalet li kienet qed twaqqaf dawn ix-xogħlijiet minħabba l-qerda tal-biodiversità li kienet qed isseħħ..

Minkejja li Infrastructure Malta qalet li ma kienitx wessgħet il-passaġġi oriġinali, kelliema għall-ERA qalet li dawn Infrastructure Malta kienet filfatt għamlet dan.

Fl-aħħar jiem beda xogħol biex jitneħħa l-konkrit li intefa’ kif ukoll biex dawn il-passaġġi jerġgħu jiddjiequ għall-qis oriġinali taħghom…

Fost il-protesti voċiferi bħal dawn ix-xogħlijiet… kien hemm dawk ta’ Alfred Baldacchino… li fil-blog tiegħu qal li wieħed issa jispera li din hija t-tmiem ta’ era fejn il-biodiversità titqies bħala ħaxix ħażin….