“Jeħtieġ nagħmlu iktar biex insaħħu l-libertà tal-ġurnaliżmu lokali”. Din kienet ir-reazzjoni tal-Istitut Ġurnalisti Maltin għal-indiċi dar il-libertà tal-istampa ta’ Reporters Without Borders għas-sena 2019.
Skont dan l-indiċi, Malta waqgħet 12-il post u issa tinsab fis-77 pożizzjoni…. biex pajjiżna kompla biż-żelqa li qabad f’dawn l-aħħar snin fil-libertà tal-istampa.
Infatti f’sentjen biss…Malta waqgħet total ta’ 30 post f’dan l-indiċi.
L-Istitut taal-Ġurnalisti Maltin stqarr it-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-istampa Matija għadha mtaqqla bid-dell tal-assassinju ta Daphne Caruana Galizia.
Filwaq li jifhem li x-xogħol tal-Pulizija irid jieħu ż-żmien tiegħu… l-Isititut fakkar lill-awtoritajiet tal-pajjiż li lpajjiż ma jistax isib serħan tal-moħħ sakemm dawk wara dan l-asssassinju ma jieħdux dak li ħaqqhom u appella sabiex jitħaffu l-produri sabiex il-każ jissolva mill-aktar fis possibbli.
L-Istitut kompla jgħid li l-mod kif fjuri u xemgħat imqegħda b’tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia kienu jintremew minn uffiċċjali tal-Gvern ma għame xejn biex iserraħ ras il-poplu Malti u komunitajiet internazzjnoali li l-awtoriatjiet qed jaħdmu biex dan il-kaz jissolva verament.
Fl-istqarrija, l-IĠM tgħid li filwaqt li tapprezza r-rapport ta’ Reporters Without Borders… ma taqabilx ma’ dak li qalu fejn taw x’tifhem li l-media kollha f’pajjiżna hi propjetà ta’ partiti politiċi u stqarret li filwaqt li l-partiti għandhom il-media tagħhom.. istituzzjuonijet oħra huma propjetà ta’ entitatijiet privati filwaqt li oħrajn huma tal-Knisja u ta’ trejd union.
Sadattant, l-IĠM ħadet ukoll l-opportunità li tfakkar lill-politiċi u lill-Aawtoritajiet ddwar l-importanza li jkunu miftuħa għal skrutinju u li joffru informazzjoni kif mitluba mill-media sabiex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jagħmlu xogħlhom… jiġifieri li jzpmmu lill pubbliku infurmat b’dak li jkun qed iseħħ.
Ir-rapport ta’ Reporters Without Borders jiġi wara li fl-aħħar xhur pajjiżna kien fil-mira ta’ kritika minn diversi entitajiet u organizzazzjonijiet li qalu li Malta qed tonqos mill-obbligu li tiggarantixxi l-libertà tal-espressjoni.
//= $special ?>