Lokali

Nirien jaħkmu dar fir-Rabat

Fortunatament, ħadd ma weġġa’ wara li dar fir-Rabat inħakmet minn nirien.

Tliet vetturi tat-tifi tan-nar u membri tal-Protezzjoni Ċivili intalbu għall-assistenza tagħhom sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw in-nirien fil-limiti ta’ Għar Barka fir-Rabat.

Sabiex jagħmlu dan, il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili daħlu minn dar biswit id-dar maħkuma min-nirien.