Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic eliminat mill-Masters ta’ Monte Carlo

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic kien eliminat mill-kwarti tal-finali tal-Masters ta’ Monte Carlo b’telfa kontra Daniil Medvedev. It-tennist ta’ 31 sena, rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni fl-2013 u fl-2015, tilef kontra s-sid numru 14 tad-dinja f’sagħtejn u 20 minuta.

Djokovic tilef 6-3, 4-6, 6-2 biex sofra l-ewwel telfa kontra r-Russu f’erba’ konfronti. Is-Serb deher li ħa l-kontroll tal-logħba wara li rebaħ it-tieni set, iżda Medvedev kiser is-service tliet darbiet fit-tielet set biex fis-semifinali jilgħab kontra Serb ieħor Dusan Lajovic.

Is-Serb kellu possibbiltà li jiltaqa’ mal-11-il darba rebbieħ f’Monte Carlo Rafael Nadal, iżda naqas li jgħaddi għas-semifinali fl-aħħar tliet tournaments li ħa sehem, minn meta rebaħ l-Open tal-Awstralja għal rekord seba’ darbiet f’Jannar li għadda.