Futbol Sport

Possibbiltà li Danilo jingħaqad ma’ Inter

Danilo kompla jsaħħaħ l-iskwadra ta' Guardiola meta ngħaqad magħhom fl-2017

Il-Brażiljan Danilo jista’ jibda esperjenza f’kampjonat ieħor hekk kif rapporti fil-media Taljana qed jindikaw li jista’ jingħaqad ma’ Inter fis-sajf li ġej. Il-media fl-Italja qed tgħid li l-Giuseppe Marotta laħaq ftehim mal-plejer b’kuntratt ta’ erba’ snin u salarju ta’ €4 miljuni kull staġun.

Jidher li Manchester City qegħdin jitolbu bejn €25 u €30 miljun iżda hu mifhum li Inter jistgħu jikkonkludu anki b’€22 miljun. Hu għandu kuntratt sal-2022 iżda l-manager Pep Guardiola jidher li qed jikkunsidra li jħalli l-plejer jitlaq biex ikun jista’ jinvesti fi plejers oħra, hekk kif il-plejer ma kienx regolari f’dan l-istaġun.

Tags