Sport Sport Ieħor

Se jitwaqqaf l-MG Car Club Malta fil-jiem li ġejjin

Grupp ta’ entużjasti Malti se jniedu l-ewwel klabb tal-marka tal-karozzi Ingliża MG. Fl-aħħar sena fuq inizjattiva ta’ Kris Scicluna, inħoloq grupp fuq facebook u wara li bdew jiltaqgħu Joseph Casapinta, l-istess Kris Scicluna, Robert Muscat u Frank Mallia, ġie deċiż li jitwaqqaf l-ewwel klabb uffiċjali għas-sidien u dilettanti tal-karozzi  tal-marka MG.

It-tnedija tal-klabb u l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-MG Car Club Malta se ssir il-Ħadd 28 ta’ April fit-8.00am quddiem il-lukanda Hilton f’San Ġiljan. L-attività hi miftuħa għal kull min hu interessat ikun parti minn dan il-klabb.

MG huma iż-żewġ inizjali ta’ Morris Garage li hi marka awtomobilistika Britannika li bdiet il-produzzjoni fl-1920 minn William Morris. Dawk kollha li jixtiequ jagħmlu kuntatt mal-MG Car Club Malta għandhom jibagħtu email fuq mgcarclubmalta@gmail.com jew jingħaqdu fil-paġna MC Car Club Malta fuq facebook.