Lokali

Vara ġdida tal-Ġimgħa l-Kbira għall-Qriema

Filwaqt li bħalissa l-Knisja Kattolika qed tiċċelebra il-Ġimgħa Mqaddsa, Nhar Ħamis ix-Xirka l-Arċipriet tal-Paroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, Dun Mario Mangion, ħabbar li sas-sena d-dieħla għandha tkun lesta vara oħra, dan wara li l-kurja tat l-permess għaliha, wara ħafna snin.

Aaron Camilleri Cauchi ser ikun qed jaħdem fuq din il-vara li turi lil Kristu quddiem il-Qassis il-Kbir, Kajfa.

B’rabta ma’ dawn il-festi, f’Malta u Għawdex joħorġu erbatax-il purċissjoni, li ħafna minnhom isiru f’Nhar il-Ġimgħa l-Kbira iżda uħud minnhom saru Nhar il-Ħadd li għadda.