L-Italja u Franza qed jaħdmu sabiex iwaqqfu l-kunflitt fil-Libja. Il-Ministru tal-Affariijiet Barranin Taljan Enzo Moavero Milanesi qal dan wara laqgħa li kellu mal-Ministru tal-Affarajiet Franċiż Jean-Yves Le Drian f’Ruma.
“Naturalment tkellimna dwar is-sitwazzjoni fil-Libja, li hija inkwetanti” sosnta Moavero. Il-pożizzjoni taż-żewġ pajjiżi hija waħda assolutament konġunta, dik li jintlaħaq ftehim kemm jista’ jkun malajr. Dan għandu jiġi segwit minn waqfien mill-ġlied umanitarju.
Min-naħa tiegħu l-President Amerikan Donald Trump tkellem personalment mal-Kmandnat Militari Libjan Khalifa Haftar, li mhux il-mexxej rikonoxxu min-Nazzjonijiet Uniti.
Trump u Haftar tkellmu nhar it-Tnejn li għadda biex jiddiskutu l-isforzi kontra dak li sejħu bħala t-terroriżmu li għaddej u l-ħtieġa li tinkiseb paċi u l-istabbiltà fil-Libja. Madankollu l-aħbar tad-diskussjonijiet bejniethom ħarġet biss fl-aħħar sigħat.Trump rrikonoxxa r-rwol sinifikanti ta’ Haftar fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-iżgurar tar-riżorsi taż-żejt tal-Libja. Iż-żewġ naħat assiguraw viżjoni kondiviża għat-tranżizzjoni tal-Libja għal sistema politika demokratika stabbli.
//= $special ?>

