David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li ttorturaw lil 12 minn 13-il wild tagħhom.
Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, irnexxielha taħrab mid-dar tagħhom f’Kalifornja. Hi ċemplet lill-Pulizija għall-għajnuna bil-moħbi u skoprew li rabbew lit-tfal tagħħhom f’kundizzjonijiet mhux xierqa bil-missier anke pprova jabbuża lil bintu sesswalment.
Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu lit-tfal Turpin jgħixu f’kundizzjonijiet miżerabbli, imċaħħda minn affarijiet bażiċi u wħud anke marbuta bi ktajjen. B’kuntrast ma’ dan, il-klieb tal-familja nstabu fl-aqwa kundizzjoni – nodfa u b’saħħithom.
It-tfal tal-koppja ħafru lill-ġenituri tagħhom għas-snin ta’ tortura u ġuħ. Fil-Qorti huma qalu li xorta baqgħu jħobbuhom minkejja l-abbuż.
Il-ġenituri Turpin infaqgħu jibku fil-qorti meta raw u semgħu lit-tfal tagħhom jixhdu kontrihom u qalu li jiddispjaċihom ta’ dak li għamlulhom iżda jħobbuhom b’qalbhom kollha.
//= $special ?>

