Lokali

Il-Gvern Soċjalista ma jżommx kellmtu

Għal darb’oħra l-Gvern Soċjalist ma żammx kellmtu, din id-darba mar-residenti taż-Żejtun.

Dan għaliex fl-aħħar xhur kien imwiegħed li l-proġett taz-zuntier taż-Żejtun ikun lest sal-Ġimgħa l-Kbira. Iżda kif wieħed jista’ jara minn dawn il-filmati, dan iz-zuntier għadu ma tlestiex.

Il-wegħda li sal-attivitajiet tal-Ġimgħa Imqaddsa kollox ikun lest kienet ġiet ripetuta meta l-Ministru Ian Borg żar dan il-proġett fi Frar li għadda. Iżda sa Sibt il-Għid, ix-xogħol kien għadu għaddej.

Il-proġett imwiegħed jinkludi diversi xgħolijiet fosthom tibdil ta’ servizzi, pavimentar, rampa, turġien, tibdil tal-bankijiet pubbliċi u installazzjoni ta’ dwal.

Waqt iż-żjara tiegħu, il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg kien qal li dax-xogħol qed isir biex jagħti spazji komdi lill-komunità. Pero bid-dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett, diversi nies kienu rrabjati minħabba l-fatt li fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa iz-zuntier ma kienx lest (show artiklu TVM)

Il-wegħda tal-Ministru Ian Borg madankollu baqgħet fuq l-ixkaffa u llum fuq iz-zuntier ta’ quddiem l-Oratorju hemm ħerba sħiħa. Dan huwa każ ieħor ta’ kif il-Gvern Soċjalista falla fil-wegħda tiegħu li jlesti dan il-proġett fiż-żmien stipolat.