Il-Kunsilliera Nazzjonalisti fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar se jkunu l-leħen tar-residenti Żabbarin.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt żjara fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar fejn kellu l-okkażjoni jiltaqa’ mar-residenti, ma’ sidien ta’ negozji kif ukoll ma’ bejjiegħa tal-monti. Ħafna stqarrew li dak li jipprova jgħid il-Gvern u dak li fir-realtà qed iħossu n-nies huma distanti ħafna minn xulxin, fejn wieħed jinnota diversi problemi soċjali.
Preżenti kien hemm il-Membru Parlamentari Ewropej Robert Metsola, il-Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Michael Mercieca kif ukoll diversi kandidati għall-Kunsilli Lokali.
Il-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar, li hija l-ikbar lokalità fin-naħa l-isfel ta’ Malta u għandha popolazzjoni li dejjem qed tikber b’numru sostanzjali ta’ anzjani. Għalhekk huwa essenzjali li l-Gvern b’konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali jieħi inizjattivi sabiex l-anzjani jibqgħu jgħixu fir-raħal tagħhom. Wara li kien Gvern Nazzjonalista li bena djar tal-anzjani fiż-Żejtun u Bormla, issa hemm bżonn li dan il-Gvern jkompli jivesti f’din in-naħa t’isfel ta’ Malta, partikolarment f’Ħaż-Żabbar.
Adrian Delia saħaq li wara li l-venda tneħħiet minn din il-lokalità u tpoġġiet f’Marsaskala, ir-residenti ta’ Ħaż-Żabbar li jammontaw għal madwar 18,000 persuna, qed iħossu li s-servizz tat-trasport pubbliku mar lura. Iddikjara li ma jistax ikun li bi Gvern li qed jagħti l-miljuni ta’ ewro f’sussidji, in-nies jibqgħu jistennew fuq il-bus shelters għal ħin twil.C
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li b’dawn id-diffikultajiet kollha u ħafna oħrajn magħhom, jagħti garanzija li l-kunsilliera Nazzjonalisti se jkunu qed joffru dak kolli possibbli għas-servizz tal-komunità.
Il-Partit Nazzjonalista kien responsabbli mill-Kumistat Amministrattiv ta’ St.Peter’s u għamel suċċess fil-ħidma tiegħu. Kien hemm koperazzjoni mal-Kunsill Lokali u finalment gawdew ir-residenti. Adrian Delia wiegħed li l-Kunsilliera Nazzjonalisti eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar se jkunu qed jaħdmu bl-istess mod.
//= $special ?>