Lokali

Il-Malta International Fireworks Festival 2019

Il-Festival Internazzjonali tan-Nar din is-sena se jeħodna ma’ erba’ bnadi madwar il-gżejjer Maltin.

Fl-24 ta’ April il-Festival se jkun organizzat fl-Imqabba, fis-27 tal-istess xahar, dan il-festival se jmur Għawdex filwaqt li fit-30 ta’ April il-festival se jimxi lejn il-Port il-Kbir.

Intant nhar l-4 ta’ Mejju, lejliet il-Festa ta’ San Publju, il-festival tan-nar jinbidel fi spettaklu fuq l-art, hekk kif se jkun hemm xogħol pirotekniku fuq il-Fosos tal-Floriana. F’dan se jieħdu sehem 8 kmamar tan-nar lokali, ilkoll b’żewġ biċċiet ta’ nar tal-art kull wieħed.

Il-Festival Piroteknkiku se jkun amalgamat mal-mużika.Is-sena l-oħra Rozzi Fireworks mill-Istati Uniti rebħet dan il-festival, segwita mill-Kamra tan-Nar ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq.