Lokali

Irwiefen qawwija għal Jum il-Għid

Fi tmiem il-Ġimgħa Mqaddsa l-Gżejjer Maltin qed jiġi mbassar li ser ikunu iksaħ mir-Renju Unit.

Tbassir maħruġ mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wera li tul is-sigħat li ġejjin l-irwiefen mistennija jżidu fil-qawwa tagħhom sabiex bejn illum u għada potenzjalment jistgħu jilħqu l-Forza 7.

Din it-twissija għandha fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u mistennija tiġi mġedda.

Dan kollu filwaqt li t-temperatura għal Jum il-Għid mistennija titla sa 19-il grad celsius. Dan bid-differenza tar-Renju Unit hekk kif it-temperatura mistennija tilħaq temperaturi rekord ta’ 27 grad celsius.