L-Urugan Michael, li f’Ottubru li għadda laqat l-istat Amerikan ta’ Florida, kien l-aktar wieħed b’saħħtu fl-aħħar 26 sena.
Dan joħroġ minn analiżi li saret minn esperti dwar l-urugan li kkawża l-mewt ta’ 59 persuna u sewa’ madwar 25 biljun dollaru lill-Gvern Amerikan kawża tal-ħsara li ġarrab dan l-istat.L-Urugan Michael ikklassifika fil-Kategorija Erba’ f’dik li hija meqjusa bħala l-qawwa tal-maltempata. L-irwiefen li ġab miegħu l-Urugan laħħqu l-257 kilometru fis-siegħa.
//= $special ?>

