Lokali

Mara li tbati bid-dimensja rappurtata nieqsa

Il-Pulizija qed tappella għall-għajnuna hekk kif anzjana li tbati mid-dimensja ilha mitlufa sa minn nhar il-Ħamis li għadda.

Mary Muscat kienet irrappurtata għall-ħabta tal-Ħamis, fit-15:00 iżda jidher li dehret l-aħħar lejliet, l-Erbgħa, fil-11:30 ta’ filgħaxija.

Kull min għandu xi nformazzjoni dwar Mary Muscat, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.

L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll ġewwa l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.