Lokali

Studenti tal-MCAST jirċievu stipendji bin-nieqes

L-istudenti tal-MCAST għadhom għaddejjin bil-problemi relatati mal-istipendji tagħhom mingħajr ħjiel ta’ soluzzjoni. Dan hekk kif, meta ppruvaw jitkellmu mal-awtoritajiet, spiċċaw jintbagħtu minn post għall-ieħor.

L-aħħar minn sensiela ta’ problemi nħolqot meta numru ta’ studenti mill-kulleġġ tal-Mosta rċivew stipendju inqas milli kienu intitolati għalih.

Kien hawn li tkellmu mal-uffiċċju responsabbli mill-istipendu u wkoll mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Madankollu, minflok instabet soluzzjoni, dawn bagħtuhom ikellmu lill-amministrazzjoni.

Iżda meta għamlu dan, l-amministrazzjoni tal-MCAST qaltilhom li suppost m’hemmx problemi, minkejja li l-istudenti jafu li dan mhux minnu għax irċivew inqas flus milli suppost. Minflok, bagħtuhom mill-ġdid għand l-uffiċċju tal-istipendji.

Studenti li tkellmu magħna spjegaw li jħossuhom bħallikieku ballun, għaddejjin minn uffiċċju għall-ieħor iżda qatt ma jaslu għal soluzzjoni.

Din hi l-iktar riċenti minn sensiela ta’ problemi li l-istudenti tal-MCAST kellhom jaffaċċjaw matul din is-sena skolastika. F’Jannar li għadda huma li mhux qed tittieħed l-attendenza tagħhom jew jekk tittieħed mhux qed tiġi pproċessata – bir-riżultat  li mhux qed jierċievu l-istipendju, u iktar minn hekk mhux se jkunu qed jieħdu ċ-ċertifikati fl-aħħar tas-sena.Sa ftit tal-ġimgħat ilu studenti mill-Istituti tad-Disinn u l-Arti għadhom ma rċievex la l-istipendju u lanqas il-grant tal-bidu tas-sena skolastika