Lokali

Żagħżugħ isuq għal fuq mutur tal-pulizja tat-traffiku

Ġuvni ta’ erbgħa u għoxrin sena minn Ħal Tarxien saq fuq mutur tal-pulizija tat-traffiku. Il-każ seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun għal ħabta tat-15:30.

Il-ġuvni kien qed isuq vettura tat-tip Mitsubishi Shogun. Il-każ seħħ wara li l-pulizija prova iwaqqfu iżda l-ġuvni rreżista.

Il-ġuvni qed jinżamm arrestat wara li fuq il-post assisstew membri mil-korp tal-pulizija kif ukoll membri tal-RIU.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-arrestat huwa l-kuġin ta’ Liam Debono, proprju l-istess żagħżugħ xhur ilu kien darab gravement uffiċjal tal-Pulizija ieħor f’każ simili ħafna.