Internazzjonali

Żewġ adolexxenti arrestati b’rabta mal-qtil ta’ ġurnalista

Żewġ adoloxxenti ta’ 18 u 19-il sena kienu arrestati b’konnessjoni mal-qtil tal-ġurnalista Lyra McKee.

Il-qtil ta’ ġurnalista fl-Irlanda ta’ Fuq  li seħħ waqt li kienu għaddejjin l-irvellijiet fil-belt ta’ Londonderry u qed ikun trattat bħala inċident terroristiku mill-pulizija tal-provinċja. Hi ntlaqtet b’tir waqt li kienet qed tirrapporta dwar l-inċidenti, bir-riżultat li mietet l-isptar aktar tard.

Il-mexxejja tas-sitt l-akbar partiti politiċi fl-Irlanda ta’ Fuq ikkundanaw il-qtil ta’ McKee u  qalu li huma vuċi waħda biex jikkundannaw lil kulmin kien responsabbli għar-reat faħxi. Huma rreferew għall-qtil tal-ġurnalista bħala attakk fuq il-poplu tal-Irlanda ta’ Fuq u reat kontra l-paċi u l-proċess demokratiku għall-provinċja.