Lokali

Arrestat Taljan suspettat li jaħdem ma’ organizzazzjoni mafjuża

Taljan ta’ 42 sena residenti s-Swieqi kien arrestat fi tmiem operazzjoni konġunta bejn membri tal-Intelligence Unit u tal-Counter Terrorism Unit. It-Taljan li huwa magħruf sewwa fiċ-ċrieki tal-Igaming f’Malta, ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin sabiex jibda l-proċess ta’ estradizzjoni.

L-istess persuna kien imfittex mill-Awtoritajiet Taljani fuq suspett ta’ assoċjazzjoni f’organizzazjoni, immaniġjar, imħatri u flejjes illegali li jiffaċilitaw organizzazjoni mafjuża. Mill-bidu tas-sena ġew esegwiti 6 Mandati ta’ Arrest Ewropew simili f’Malta. Dawn l-operazzjonijiet huma intiżi sabiex persuni maħruba u mfittxija madwar l-Ewropa u f’pajjiżi oħra jiġu mgħoddija f’idejn il-ġustizzja u b’hekk tkompli dejjem tikber u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-organizzazjonijiet kriminali.