Lokali

Id-Dwana tagħmel qabda ta’ 144 kilo kokaina bil-valur ta’ €15.7 miljun

Fil-jum tas-Sibt, inqabdu 144 kilo kokaina mid-Dipartiment tad-Dwana, droga li kienet fil-Port Ħieles.

Waqt li kien qed isir scanning fuq kontejners li dehru suspettati, fi 3 kontejners instabet droga moħbija f’kumpressur.

Żewġ kontejners minnhom, telqu lejn lejn Albanija mill-Amerka t’Isfel u kien fihom 20 pakkett bil-kokaina, b’48 kilo ta’ droga, li jiswew aktar minn
€5 miljuni. Filwaqt li l-aħħar kontejner li kien ġej ukoll mill-Amerika t’Isfel, kien fi triqtu Lejn il-Montenegro, kien fih 80 kokaina b’valur ta’ €11-il miljun.

It-3 kontejners f’daqqa kellhom 120 pakkett kokaina bil-valur ta’ €16-il miljun.