Kull Għid il-Kbir, Graziella u Fallon, l-omm u l-bint li tilfu ħajjithom fl-inċident li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fl-Imġarr, kienu jirrikorru dejjem fl-istess ristorant sabiex flimkien jiċċelebraw l-festa tal-Għid.
Iżda minkejja li din is-sena ma kellux ikun hekk minħabba li sfortunatament m’għadhomx magħna, ir-ristorant Dcentre fil-Birgu ddeċieda li xorta jżommilhom il-mejda riservata u fuqha jpoġġi bukkett fjuri u xemgħa minflok ma poġġa klijenti oħra.
//= $special ?>