Għid imdemmi għall-Insara fis-Sri Lanka hekk kif kienu rappurtati splużjonijiet fi tliet knejjes Kattoliċi waqt li kienu għaddejin il-funzjonijiet tal-Għid il-Kbir. Waħda mill-knejjes milquta hija dik ta’ Sant’Antnin fil-kapitali Colombo filwaqt li l-oħra hi l-knisja ta’ San Bastjan fil-belt ta’ Negombo. Knisja oħra milquta tinsab fil-belt ta’ Batticaloa. Dawn l-isplużjonijiet wasslu għal madwar 300 persuna mejta, u hu mistenni li dan in-numru jiżdied hekk kif hemm mal-500 persuna midruba b’mod gravi. Fost il-mejta jidher li hemm mad-disa’ persuni ta’ nazzjonalita’ barranija.
F’waħda mill-knejjes, l-isplużjonijiet tant kienu qawwija, li saħansitra inqala’ s-saqaf. Kien hemm ukoll rapporti ta’ splużjonijiet f’żewġ lukandi fil-kapitali Colombo, Shangri-La Hotel u Kingsbury Hotel .
Mal-ewwel rapporti bdew ħerġin ukoll dikjarazzjonijiet ta’ kundanna minn mal-erbat irjieħ tad-dinja fosthom mill-Papa Franġisku li appella għat-talb kif ukoll minn bosta mexxejja fosthom il-Prim Ministru Ingliż Theresa May.
//= $special ?>