Futbol Sport

Chelsea jitilfu żewġ punti prezzjużi

(Ritratt: EPA)

Chelsea tilfu żewġ punti oħra fit-taqtigħa li jiksbu post fiċ-Champions League staġun ieħor meta ġew miżuma fi draw ta’ 2-2 fi Stamford Bridge kontra Burnley. Il-gowls kollha tal-logħba waslu fl-ewwel nofs tal-ewwel taqsima, b’Chelsea jiddominaw il-logħba iżda ma rnexxielhomx isibu l-gowl rebbieħ.

Kienu Burnley li fetħu l-iskor wara tmien minuti b’xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa ta’ Jeff Hendrick li għeleb lil Kepa Arrizabalaga. Reazzjoni immedjata minn Chelsea li erba’ minuti wara ġabu d-draw b’ħarba tajba ta’ Ruben Loftus-Cheek li qassam lil Hazard li b’serje ta’ finet tefa’ kross fil-baxx lejn N’Golo Kante, bil-Franċiż jiskorja b’xutt b’saħħtu bix-xellug.

Żewġ minuti wara t-tim ta’ Sarri mar minn fuq, b’passaġġ ta’ Jorginho lejn Cesar Azpilicueta li b’finezza kompla lejn Gonzalo Higuain, bl-Arġentin isammar il-ballun wara Tom Heaton. Burnley ġabu d-draw fl-24 minuta b’Chris Wood iqassam bir-ras lejn Ashley Barnes li mattar siequ fuq it-tieni lasta u għeleb lil Arrizabalaga.