L-Għawdxin, li kmieni t-Tnejn filgħodu kellhom jaqsmu lejn Malta għal ġimgħa xogħol, mill-ġdid kellhom jesperjenzaw dewmien fit-traġit tagħhom.
Dan minħabba li rampa tal-vapur Malita, li tqaċċtet nhar is-Sibt filgħaxija, għadha mhix taħdem.
Konsegwenza ta’ dan, il-vapur kompla jgħabbi u jħott il-karozzi mir-rampa l-oħra, kif juru xi ritratti li rċevejna b’karozzi pparkjati kontra xulxin fuq il-vapur.
//= $special ?>