Għawdex Lokali

Il-Gozo Channel għadu jopera bi ħsara f’rampa jumejn wara

L-Għawdxin, li kmieni t-Tnejn filgħodu kellhom jaqsmu lejn Malta għal ġimgħa xogħol, mill-ġdid kellhom jesperjenzaw dewmien fit-traġit tagħhom.

Dan minħabba li rampa tal-vapur Malita, li tqaċċtet nhar is-Sibt filgħaxija, għadha mhix taħdem.

Konsegwenza ta’ dan, il-vapur kompla jgħabbi u jħott il-karozzi mir-rampa l-oħra, kif juru xi ritratti li rċevejna b’karozzi pparkjati kontra xulxin fuq il-vapur.