Propju fil-jum li ċċelebrat bi kbir il-festa tal-Għid il-Kbir, il-Belt Vittoriosa lbieraħ bkiet it-telfa ta’ wieħed minn uliedha, Tony Cassar t-Tunanu, meqjus bħala pijunier tar-regatta.
Tony Cassar kien magħruf għall-ħila li kellu fil-bini ta’ dgħajjes tradizzjonali Maltin, b’mod partikolari l-bosta opri tal-baħar tar-regatta li ħarġu minn taħt idejh kemm għall-belt twelidu u klabbs oħra. Uħud minn dawn dgħajjes, li ħadem mat-tifel tiegħu, Barry Cassar, għadhom propju jintużaw sal-lum.
Huwa kien għadu jsegwi dan l-isport mill-viċin sa ftit jiem qabel ħalla din id-dinja, kif juri dan ir-ritratt miġbud fir-regatta tal-31 ta’ Marzu mal-qaddiefa tal-klabb tal-Isla.
//= $special ?>