It-tim nazzjonali Malti spiċċa fir-raba’ post fit-tournament internazzjonali ta’ Novaky fis-Slovakkja. Iż-żgħażagħ Malti kienu ilhom ġimgħa fis-Slovakkja, b’erbat ijiem ta’ kamp ta’ taħriġ qabel it-tournament. Jake Muscat spiċċa l-aqwa skorer tat-tournament b’25 gowl minn ħames logħbiet. Dawn l-impenji se jservu ta’ preparazzjoni għall-partiti mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li se jsiru f’Georgia f’Awwissu.
Il-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni se jsiru f’pajjiżna bejn it-30 ta’ April u l-5 ta’ Mejju. Malta tinsab fi Grupp A flimkien mal-Greċja, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Iżvizzera.
Fl-ewwel ġurnata, it-tim Malti tilef kontra l-Ungerija 15-6 iżda rebaħ 12-11 kontra r-Rumanija biex l-għada nkisbet rebħa ta’ 8-7 fuq l-Ukrajna. Fis-semifinali Malta tilfet kontra Georgia 7-5 f’logħba missielta, biex għall-partita tat-tielet u r-raba’ post, iż-żgħażagħ Maltin reġgħu tilfu kontra l-qawwa Ungeriża 21-7.
F’kumment waqt Net AM fuq Net Televison, il-kowċ nazzjonali Karl Izzo qal li l-logħba kontra r-Rumanija kienet “waħda mill-isbaħ li niftakar, konna 6-1 minn taħt u erbaħna 12-11 fl-aħħar sekondi b’gowl ta’ Jake Muscat.” Hu żied li l-importanti li jidher li hemm materjal biex ikunu jistgħu jippruvaw jikkwalifikaw għall-fażi finali li se jsiru f’Georgia f’Novembru li ġej. “Mhux faċli imma naħseb li we’re on the right track.”
//= $special ?>