Lokali

Il-Pulizija bi tfittxija għal Clive Agius, furjaniż ta’ 34 sena

Il-Pulizija qiegħda titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab raġel li qed jiġi mfittex u dan sabiex tiġi esegwita ordni tal-Qorti. Dan il-persuna huwa ċertu Clive Agius li għandu 34 sena u jirrisjedi l-Floriana.

Kull min għandu kwalunkwe` tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21 224001 jew 119.