Lokali

Inċident tat-traffiku f’Għajnsielem Għawdex

Illum, għall-ħabta tat-tlieta, il-Pulizija li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Borġ Għarib, Għajnsielem Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li persuna ta’ 44 sena minn Franza, kienet qed issuq quadbike tat-tip Adly meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u kellha impatt ma’ ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Puluzija dwar dan l-inċident għadha għadddejja