Ekonomija Lokali

Jiżdied il-prezz tal-ikel take-away

Żieda fil-prezz tal-fuels u fil-kontijiet relatati ma' tiswijiet fid-djar

Matul ix-xahar ta’ Marzu, il-prezzijiet f’Malta komplew tilgħin ‘il fuq f’xejra kostanti li ilha għaddejja 12-il xahar.

Ir-rata tal-Indiċi tal-Prezzijiet fuq sena qed timmarka 1.38 fil-mija, fejn mis-Sajf ‘l hawn rajna żieda wara l-oħra fil-prezzijiet ta’ diversi servizzi u prodotti.

Ċifri maħruġa llum mill-NSO jikkonfermaw li l-prezz tal-ikel kompla jiżdied, partikolarment minħabba żieda fil-prezzijiet tat-take-away.

Apparti dan, kien hemm żidiet fil-prezzijiet għas-servizzi ta’ manutenzjoni fid-djar u anke l-fuels. Filwaqt illi l-indiċi li jkellel in-nefqa fit-trasport, in-nefqa fil-komunikazzjoni u n-nefqa fis-saħħa ukoll kellhom żieda.

Ftit tal-ġimgħat ilu l-Ministru Edward Scicluna waħħal fil-Benna u fil-furnara għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet.