Knisja Kultura Lokali

L-Irxoxt ta’ Ħal Luqa jiżżanżan bl-ifjen dehra

Ritratt: Emanuel Cauchi

Wara li s-sena l-oħra l-Vara l-ġdida ta’ Kristu Rxoxt għall-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa żżanżan fuq l-injam, dan il-kapulavur ta’ Michael u ibnu Adonai Camilleri Cauchi din is-sena żżanżan bl-ifjen induratura.

Ix-xogħol fl-induratura sar minn Publio Magro, li kien megħjun miż-żagħżugħ Carmel Cassar. Id-disinn fl-induratura tat-tberfila tal-libsa ġiet fdata f’idejn Michael u Adonai Camilleri Cauchi biex permezz tiegħu Publio Magro u Carmel Cassar ħarġu dan il-ġmiel tax-xogħol.

L-Irxoxt feġġ fit-toroq ta’ Ħal Luqa f’Ħadd il-Għid filgħodu b’din il-libsa fina fejn kien akkumpanjat miż-żewġ baned Ħalluqin.