L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) ipprotestat kontra d-deċiżjoni li Unit fl-Isptar Monte Karmeli għal tfal u żgħażagħ ta’ bejn id-disa’ u s-17-il sena tkun amalgamata ma’ Unit għal persuni li jabbużaw mid-droga.
L-MUMN qalet li filwaqt li din id-deċiżjoni ma taffettwax lill-membri tagħha, tinnota kif din hi ta’ periklu għas-sigurtà taż-żgħażagħ, anke fis-sens tas-servizz li jingħataw fl-Isptar. Spjegat kif issa, id-distinzjoni bejn minuri f’riskju għoli u dawk f’riskju baxx tneħħiet għalkollox għax iż-żewġ setturi issa ġew imħallta flimkien.
U dan minkejja li s-segregazzjoni bejn iż-żewġ setturi kienet oriġinarjament maħruġa fuq ordni tat-Tobba speċjalizzati, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>