Lokali

Messaġġ favur in-negozji ż-żgħar

Amministrazzjoni Nazzjonalista se tinċentiva lin-negozji ż-żgħar ħalli dak kollu li huwa parti mill-prodott Malti jiffjorixxi u jmur aħjar.

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Adrian Delia waqt żjara li għamel f’ħanut kummerċjali f’Birkirkara.

Adrian Delia sostna li dan il-ħanut li huwa mmexxi minn familja ta’ erba’ min-nies, huwa xhieda ta’ tip ta’ intrapriza li l-Partit Nazzjonalista jrid jinċentiva. Hu qal li l-Gvernijiet għandom ikunu kommessi li jagħtu  opportunitajiet u jaraw kif jagħmlu biex negozji bħal dawn jikbru u jiffjorixxu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat huwa għamel diversi żjarat  f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex fejn żar madwar 2000 negozju żgħar li għaddejjin minn diffikultajiet kbar.

Preżenti għal din iż-żjara flimkien ma’ Adrian Delia kien hemm il-President tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonaista Ivan Castillo kif ukoll il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Michael Mercieca.

Dawn iż-żjarat huma parti minn programm ta’ attivitajiet li qed jorgannizza l-Partit Nazzjonalista għal Jum il-Ħaddiem.