Aktar rapporti qed jikkonfermaw il-falliment tal-Gvern fil-politika ekonomika tiegħu tant illi mingħajr il-flus li qed idaħħal mill-iskema tal-passaporti l-Gvern ikun ‘broke’. Tant li t-tmexxija ta’ Kastilja diġa’ ħarbtet is-surplus li tant kien hemm ftaħir dwaru.
Dan kien irrappurtat minn ‘The Daily Beast’ – websajt tal-aħbarjiet Amerikana li ghamlet intervista lil uffiċjal tal-Gvern Malti …illi ddefenda l-iskema Maltija tal-bejgħ tal-passaporti lill-barranin. Fi kliemu stess huwa qal li din l-iskema… “is a lucrative bnusiness for the Maltese government. Without it we’d be broke.”
Dak li rrappurtat The Daily Beast dwar id-dħul ta’ Malta mill-bejgħ tal-passaporti jaqbel ħafna ma’ dak li kien ippubblikat lokalment dan l-aħħar – jiġifieri li l-Gvern irreġistra defiċit ta’ €70 miljun għall-2018 minħabba li kien eskluż id-dħul mill-bejgħ tal-passaporti.
Anke l-Fond Monetarju Internazzjonali wissa lil Malta biex ma tibqax tkun dipendenti fuq id-dħul mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti għaliex dan jista’ jesponiha għal problemi fil-futur. L-istess tħassib intwera wkoll mill-Kummissjoni Ewropea.
Intant, meta l-Ministru Scicluna kien ikkonfrontat minn xi ġurnalisti dwar kif u għaliex spiccajna l-2018 b’deficit, huwa kien qal li dan ġara minħabba nefqa rekord fuq proġetti kapitali. Iżda issa qed joħroġ aktar ċar li r-raġuni vera kienet fermdifferenti minn dak li qal il-Ministru tal-Finanzi.
//= $special ?>