Lokali

Daqqa kbira għas-servizz tas-saħħa f’Għawdex

Fl-aħħar ġimgħat jidher li f’Ghawdex bdiet drawwa ġdida hekk kif id-diriġenza tal-isptar Stewart mid-dehra ddeċidiet li tagħmel minn kollox biex tnaqqas is-servizzi li jingħataw b’xejn lill-Għawdxin. Dan hekk kif…. fost l-oħrajn…pazjenti li jbatu b’kundizzjonijiet tal-qalb u li kienu jirrikorru l-isptar regolarment għal check ups tas-saħħa…qed jiġu discharged u maqtugħhin mil-lista darba għal dejjem.

Għawdxin li tkellmu ma’ Net News kienu rrabjati ferm għall mod kif dawn m’għadhomx jingħataw is-servizzi li kienu jieħdu sa ftit ilu… b’risku serju għal saħħithom.

Il-mod kif Steward qed jixxaħħu mal-Għawdxin fl-isptar tagħhom jidher evidenti fil-mod kif anke pazjentli li jkunu rikoverati qed ikunu rilaxxati qabel il-waqt…bil-konsegwenza li saħansitra l-ġimgħa li għaddiet pazjent ċkejken ġie rrilaxxat kmieni u kellu jerġa jiddaħħal l-isptar ftit tas-sigħat wara.

Il-Gvern ta’ Muscat…. daħaq bl-Għawdxin meta kien ta l-isptar tagħhom lill-Vitals ta’ Ram Tumuluri… li ftit xhur wara li ħa f’idejh l-isptar…. parpar minn pajjiżna b’ €50 miljun tal-poplu Malti… biex imbagħad l-isptar ingħata f’idejn Steward – li Chris Fearne kien iddeskrihom bħala r-Real Deal.

Iżda jekk din hija r-Real Deal għal Fearne… il-prospetti fil-qasam tas-saħħa ma tantx jippromettu tajjeb għall-Għawdin.Il-Kap tal-PN Adrian Delia mal-ewwel kien hass li din it-tema ghandha tinghata importanza massima, tant illi fetah kawza l-Qorti sabiex it-tliet sptarijiet jinghataw lura lin-nies.