41 kandidat se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni għal 6 siġġijiet allokati għal Malta fil-Parlament Ewropew.
Il-Partit Nazzjonalista għandu lista ta’ 10 kandidati li qed jikkontestaw f’ismu. Dawn huma: Peter Agius, Roselyn Borg, Dione Borg, Michael Briguglio, David Casa, Michael Mercieca, Roberta Metsola, Frank Psaila, David Stellini u Francis Zammit Dimech.
Il-Partit Laburista ħareġ 14-il kandidat, filwaqt li 6 partiti żgħar u listi ħarġu 12-il kandidat bejniethom. Ħames kandidati ħarġu għall-elezzjoni bħala independenti.
B’differenza ta’ Elezzjoni Ġenerali jew Elezzjoni ta’ Kunsilli Lokali, il-kandidati ma jikkontestawx distretti jew lokalitatjiet iżda fuq livell nazzjonali.
Għaldaqstant, il-kwota tkun waħda nazzjonali. Fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-kwota kienet ftit inqas minn 36,000 – preċiżament 35,979.Ir-riżultat f’Malta u fil-pajjiżi membri oħra tal-UE jiddetermina liema jkun l-ikbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew u li eventwalment jaffetwa min se jkun il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Partit Nazzjonalista hu membru tal-Partit Popolari Ewropew, il-PPE u c-Chairman tal-PPE, Manfred Weber, hu l-kandidat tal-istess partit għall-Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea. Manfred Weber se jkun Malta l-Ħadd li ġej fejn se jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>