Lokali

Fearne iwiegħed l-istess wegħda…sena wara

Meta ninsabu biss ftit jiem qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u dawk tal-Parlament Ewropew, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne laqqa’ lill-ġurnalisti biex suppost jurihom ix-xogħlijijet li qed isiru fuq is-sit tal-grawnd ta’ Pace Grasso.

Il-Pawlisti ilhom jistennew dan il-progett is-snin hekk kif aktar minn ħames snin ilu kien hemm l-applikazzjoni għal dan il-Hub quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar…. u sena ilu l-Ministru kien qal li fi żmien tlett snin u nofs kellu jkun lest.

Imma donnu Ferane jinsab friżat fiż-żmien…. hekk kif lill-ġurnalisti preżenti reġa’ qallilhon li l-proġett se jkun lest fi żmien tlett snin u nofs.

Net News zar il-post propju jumejn biss qabel din l-istedina…. u stajna ninnutaw l-istat tal-mistħija li tħalla fih dan is-sit, b’għadd ta’ karozzi bla pjanċi li dehru mormija hemm… kif ukoll ammont ta’ żdingar u skart mormi. Xejn ma jindika li f’dan il-grawnd qed isiru xi xogħlijiet maġġuri bħalissa.Madankollu… wieħed ma jistax jeskludi li fil-jiem li ġejjin… hekk kif joqrob iktar jum l-elezzjoni….wieħed jibda’ jara ftit iktar moviment fuq dan is-sit…. biex il-Pawlisti jerġgħu jingħataw l-impressjoni li daqt se jkollhom iċ-ċentru tas-saħħa li l-Gvern Soċjalista ilu tant iwiegħdhom.