Terremot fil-Filippini ħalla tan-anqas 11-il ruħ mejta hekk kif l-art fir-raħal ta’ Porac theżżet b’qawwa ta’ 6.1 fit-Tramuntana tal-pajjiż, ‘il fuq mill-kapitali Manila.
Tul il-lejl, membri tas-salvataġġ baqgħu joħorġu l-vittmi minn taħt it-tifrik filwaqt li nħarġu wkoll xi persuni li kienu baqgħu ħajjin filwaqt li nqabdu f’binjiet imġarrfa.
Bit-theżżiż saru ħsarat f’diversi binjiet inkluż dik ta’ ajruport fil-qrib.
Intant l-awtoritajiet jinsabu mħassba li jista’ jkun għad fadal għexieren ta’ persuni maqbuda taħt binja li ġġarfet. Persuna li kienet fuq il-post qalet li kien jinstema’ l-biki u t-tnegħid ta’ persuni muġugħa maqbuda fit-tiġrif.
It-theżżiżiet inħassu wkoll f’Manila fejn raw skyscrapers jitbandlu għal diversi minuti fiz-zona tal-uffiċini.
//= $special ?>