Tottenham għamlu pass importanti lejn konferma mal-ewwel erbgħa meta b’gowl lejn it-tmiem għelbu lil Brighton 1-0 fit-Tottenham Hotspur Stadium. B’hekk huma telgħu tliet punti vantaġġ fuq Chelsea fit-tielet post b’logħbiet indaqs.
Ir-rebħa kienet meritata għat-tim ta’ Mauricio Pochettino li ddomina l-logħba iżda sab quddiemu difiża organizzata, b’ħafna mil-logħba tintlagħab fid-difiża ta’ Brighton. Kellu jkun gowl fit-88 minuta li fired liż-żewġ timijiet, b’Christian Eriksen jegħleb lil Matthew Ryan b’xutt preċiż għar-rokna minn barra l-kaxxa.
Fil-logħba l-oħra, gowl lejn it-tmiem ċaħħad lil Southampton minn rebħa importanti li setgħet isserraħ ras il-manager Ralph Hasenhuttl. B’dan il-punt huma resqu aktar li jsalvaw iżda għadhom fit-taqtigħa matematikament.
Huma fetħu l-iskor wara biss seba’ sekondi meta passaġġ fit-tul tad-difensur Craig Cathcart kien blokkat minn Shane Long li avvanza u qabbeż fuq Ben Foster. Dan kien l-aktar gowl veloċi fl-istorja tal-Premier League.Watford salvaw il-logħba fid-90 minuta meta d-difiża ta’ Southampton naqset li tbiegħed il-periklu, b’Andre Gray ikun pront u jispara fis-saqaf tax-xibka mill-viċin.
//= $special ?>