Sirna poplu indifferenti, aljenati u noqgħodu għalkollox. Ngħidu li għandna x-xogħol u s-surplus, imma l-ġnien fejn qed jistrieħu l-għeżież tagħna hu fi stat ta’ telqa.
Dan kien il-kumment ta’ Nathanael Theuma, li f’post fuq Facebook esprima r-rabja u d-dispjaċir tiegħu għall-istat li ċ-Ċimiterju tal-Addolorata ilu fih għal dawn l-aħħar xhur.
F’ritratti li ppubblika, wera partijiet tas-siġar mitluqa, ħaxix ħażin li tela’ sew minn qalb il-kaptelli, kif ukoll gradi mkissra u oqbra pubbliċi mitluqa.
Hu wieġeb ukoll l-argument li qed jingħad dwar xogħolijiet li għaddejjin bħalissa f’dan il-post sagru. Madankollu, hu jiċċara li s-siġar maqlugħa, ilhom hekk għal diversi xhur – saħansitra minn Jannar li għadda.
Itemm jgħid li kellu miegħu żewġ Taljani u li staħa jgħid li hu Malti.


