Futbol Sport

Jitħabbru d-dati tal-aħħar ġurnata tal-Kampjonat Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-Malta Football Association ħabbret id-dati tal-aħħar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier hekk kif il-kampjonat għadu mhux magħluq f’diversi postijiet fil-klassifika.

Il-Ġimgħa se jintlagħbu erba’ logħbiet. Fis-6.00pm fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali Tarxien Rainbows jilagħbu kontra Floriana u warajhom fit-8.00pm Qormi jilagħbu kontra Mosta. Il-Qriema qed jissieltu kontra r-relegazzjoni u jinsabu żewġ punti kontra St. Andrews li jilagħbu kontra Gżira United fit-8.00pm ukoll iżda fil-Hibernians Stadium. St. Andrews jinsabu żewġ punti wara Senglea Athletic fit-tentattiv li jevitaw il-play-off. Senglea jilagħbu fit-8.00pm kontra Birkirkara fil-Victor Tedesco Stadium.

Is-Sibt ikunu deċiżi min se jikseb ir-raba’ post li jista’ jfisser post fl-Ewropa kif ukoll min se jirbaħ il-kampjonat. Fl-Istadium Nazzjonali fl-4.00pm tintlagħab il-logħba mistennija bejn Ħamrun Spartans u Valletta filwaqt li fl-istess ħin fil-Hibernians Stadium, Hibernians jilagħbu kontra Balzan. Fis-Centenary Stadium fl-4.00pm ukoll Sliema Wanderers jilagħbu kontra Pietà Hotspurs.

Klassifika

Valletta 57 punt, Hibernians 55 punt, Gżira United 50 punt, Ħamrun Spartans 45 punt, Balzan 43 punt, Sliema Wanderers 42 punt, Birkirkara 39 punt, Floriana 29 punt, Mosta 28 punt, Tarxien Rainbows 26 punt, Senglea Athletic 23 punt, St. Andrews 21 punt, Qormi 19-il punt, Pietà Hotspurs 13-il punt

*Min jispiċċa l-ewwel jirbaħ il-kampjonat u jikkwalifika għal UEFA Champions League

*Min jispiċċa t-tieni u t-tielet jikkwalifika għal UEFA Europa League

*Ir-rebbieħ tal-FA Trophy jikkwalifika għal UEFA Europa League. Jekk ir-rebbieħ ikun tim li spiċċa mal-ewwel tlieta fil-klassifika, ikun ir-raba’ tim ikklassifikat li jilgħab fil-kompetizzjoni Ewropea.

*It-tielet tim mill-aħħar jilgħab play-off kontra t-tielet tim tal-Ewwel Diviżjoni għal min jilgħab fil-Kampjonat Premier staġun ieħor.

*L-aħħar żewġ timijiet ikunu relegati għall-Ewwel Diviżjoni