L-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru taż-Żejtun għada se tkun qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni li tifforma parti mill-Festival Internazzjonali tan-Nar li se jsir f’pajjiżna fil-ġranet li ġejjin.
It-18-il Edizzjoni tal-Festival tan-Nar se jkun imtella fuq erbat iljieli, bejn l-24 t’April u l-4 ta’ Mejju, u tnejn mis-serati se jinkludu wkoll kompetizzjoni.
L-Għaqda tan-Nar Żejtunija hi l-unika kamra tan-nar lokali li se tkun qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni ta’ dan il-festival, u l-preżentazzjoni kompetittiva tagħhom se jagħmluha għada l-Erbgħa fl-Imqabba għall-ħabta tal-10.30pm. Huma se jtellgħu spettaklu ta’ 15-il minuta li se tinkludi l-użu ta’ murtali tradizzjonali Maltin u se jkollha akkumpanjament mużikali.
It-tlett serati l-oħra se jsiru s-Sibt li ġej f’Għawdex, fit-30 t’April fil-Port il-kbir u wirja ta’ logħob tal-art fuq il-Fosos tal-Furjana fl-4 ta’ Mejju.
L-Għaqda tan-Nar 25 ta’ Novembru twaqqfet fl-1975 u fl-1990 waqqfu l-Kamra tan-Nar tagħhom.
//= $special ?>