Lokali

“Naħdmu b’kuraġġ flimkien” – Adrian Delia

Il-Kap tal-PN jiltaqa’ mal-ħaddiema ta' Media.Link Communications

Ħa mmorru għall-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju b’kuraġġ …u flimkien se naħdmu għal pajjiżna. Għax minkejja n-nuqqas ta’ riżorsi meta wiehed jikkompara ma’ dak li ghandu l-Gvern, sodisfatt bl-impenn tagħkom b’risq il-Partit, iżda fuq kollox b’risq pajjiżna.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt żjara fl-uffiċċji ta’ Media.Link Communications – il-post minfejn joħroġ il-messaġġ tal-Partit permezz ta’ NET Television, NET FM, il-gazzetti In-Nazzjon u Il-Mument u l-portal tal-aħbarijiet NETnews.com.mt.

Akkumpanjat miċ-Chairman Eżekuttiv Pierre Portelli u mill-Uffiċjal responsabbli mill-Operat tal-kumpanija Karl Gouder, Adrian Delia wassal ukoll messaġġ ta’ ringrazzjament lill-partitarji meta minn żmien għall-ieħor jintalbu jagħtu l-għajnuna finanzjarja tagħhom…fost l-ohrajn biex ikunu ta’ sostenn anke ghall-istess media.

Adrian Delia sab il-ħin jiddiskuti mal-impjegati fid-diversi Dipartimenti tagħhom, bl-għan li jħoss aktar mill-qrib kif din il-ħidma tissarraf f’servizz għat-telespettaturi, is-semmiegħa u l-qarrejja.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li, bħalma għamel kemm ilu fil-kariga, se jibqa’ jara li l-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali jkun miftuħ għal kull ħaddiem, f’hidma kordinata bl-ahjar mod possibbli.

Adrian Delia spjega li ħass il-ħtieġa li jiltaqa’ mal-impjegati tal-media tal-Partit, bħala parti mill-attivitajiet marbuta ma’ Jum il-Ħaddiem, bħalma jiltaqa’ ma’ ħaddiema oħra f’diversi oqsma tas-settur privat. Fil-fatt, is-sensiela ta’ żjarat marbuta ma’ Jum il-Ħaddiem se jissoktaw fil-jiem li ġejjin.