Futbol Sport

O’Sullivan eliminat fl-ewwel rawnd fl-akbar sorpriża fl-istorja tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker

(Ritratt: PA Sport)

James Cahill probabbli ħoloq l-akbar sorpriża fl-istorja tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker meta kiseb rebħa ta’ 10-8 fuq il-ħames darbiet rebbieħ Ronnie O’Sullivan u eliminah fi stadju bikri tal-akbar kompetizzjoni li tintlagħab fi Crucible.

O’Sullivan kien jinsab 5-4 minn fuq sat-Tnejn filgħaxija iżda spiċċa 8-5 minn taħt wara li falla diversi okkażjonijiet faċli kontra l-plejer ta’ 23 sena li għadu fil-kategorija tad-dilettanti. O’Sullivan irkupra b’xi mod bi breaks ta’ 104 u 89 biex ġab id-draw, iżda Cahill li lanqas għandu ranking tad-dinja, wera kompożizzjoni taħt pressjoni u kiseb rebħa storika.

“Bilkemm stajt noqgħod fuq sieqi fi tmiem il-logħba. Mhux ċert eżattament x’se ngħid. Għamilt break ta’ 7-0 biex mort 6-5 minn fuq u wara ħassejtni li kont jien taħt pressjoni. Ma riedx jitlef kontriha,” qal Cahill.

O’Sullivan deher li se jmur 9-8 minn fuq iżda falla l-boċċa r-roża relattivament faċli, biex sar l-ewwel amateur li għamilha għal Crucible Theatre. Hu għamel ċert li jilgħab kontra Stephen Maguire fit-tieni rawnd, meta naddaf il-mejda bi break ta’ 53 punt fl-aħħar frame.

Ikkummenta