Sport Sport Ieħor

Simona Halep tirtira mill-Open ta’ Stuttgart

(Ritratt: EPA)

Is-sid numru tnejn tad-dinja Simona Halep irtirat mill-Open ta’ Stuttgart minħabba li weġġgħet ġenbha. It-tennista ta’ 27 sena weġġgħet fir-rebħa kontra Caroline Garcian fit-telfa tar-Rumanija kontra Franza fil-Fed Cup.

Halep qed tittama li tkun fiżikament tajba għat-tournament tax-xahar id-dieħel f’Madrid u Ruma qabel tiddefendi t-titlu tal-Open ta’ Franza fis-26 ta’ Mejju. “Jekk mhux 100%, ma nippruvax nikkompeti. Jien ukoll għajjiena mentalment għaliex tajt kollox f’dik il-logħba iżda sfortunatament ma stajniex nirbħu.”

Halep żiedet li għalhekk iddeċidiet li tirtira għaliex trid taħseb fuq saħħitha l-ewwel. Hi kompliet li għaddiet minn mumenti bħal dawn diversi drabi u għalhekk taf tikkontrolla dan iż-żmien. Is-sid numru 19 tad-dinja l-Ispanjola Garbine Muguruza rtirat ukoll mill-Open ta’ Stuttgart minħabba li ma tiflaħx.

Tags