Hekk kif jidher li issa tela’ għal madwar 310 in-numru ta’ vittmi tal-attakki ta’ Ħadd il-Għid f’għadd ta’ knejjes fi Sri Lanka, it-tmexxija tal-pajjiż tinsab taħt skrutinju qawwi meta jidher li l-awtoritajiet kellhom twissijiet dwar possibilità serja ta’ attakki simili.
L-attakki ħallew ukoll madwar 500 persuna oħra midruba.
Aġenziji tas-sigurtà fil-pajjiż kelhom għajnejhom fuq il-grupp Jihadist National Thoweed Jamayh fil-jiem preċedenti tal-attakk, iżda la l-Prim Ministru Ranil Wickremesinghe u lanqas il-ministri ma kienu infurmati.
Intant illum it-Tlietafi Sri Lanka qed jinżamm jum ta’ luttu Nazzjonali għall-dak li l-Prim Ministru tal-pajjiż sejjaħ bħala ‘telfien bla sens ta’ ħajjiet innoċenti’.
//= $special ?>