Tifel ta’ 6 snin sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ waqa’ f’dar fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30pm meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien għadu kemm iddaħħal tifel l-isptar Mater Dei, wara li waqa’ minn taraġ ta’ residenza. Il-każ seħħ fi Triq il-Ħaddara.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li tifel ta’ 6 snin, x’aktarx waqa’ minn xi għoli u sofra xi ksur.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Grima ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>